{"id":401,"date":"2025-02-13T20:57:57","date_gmt":"2025-02-13T19:57:57","guid":{"rendered":"https:\/\/mas-malta.eu\/?p=401"},"modified":"2025-02-13T21:12:32","modified_gmt":"2025-02-13T20:12:32","slug":"ir-rata-ta-natalita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/2025\/02\/13\/ir-rata-ta-natalita\/","title":{"rendered":"IR-RATA TA&#8217; NATALIT\u00c0&#8230;"},"content":{"rendered":"\n<p>Min isegwi l-programmi li qeg\u0127din inxandru jista&#8217; jifhem li l-parte\u010bipanti kollha s&#8217;issa nqisu l-problema tan-natalit\u00e0 Maltija b\u0127ala problema epokali g\u0127an-nazzjon Malti, e\u017casperata minn sovrapopolament attwali mi\u0121jub minn migrazzjoni ekonomika liberali u massiva. Hawn min ja\u0127seb sew li l-bniedem ugwali, per\u00f2 dan isir \u0127sieb falz u ingannevoli meta fit-t\u0127addin tieg\u0127u ji\u010b\u0127ad il-valur uman tan-nazzjonalit\u00e0 u tal-patrijotti\u017cmu. Id-dinjit\u00e0 fundamentali ta&#8217; kull bniedem mhix esklu\u017cjoni ta&#8217; arrikkimenti so\u010bjali u kulturali ulterjuri li jiffurmaw identitajiet umani diversi, distinti u ta&#8217; valur fihom infushom. Le, m&#8217;a\u0127niex kollha xorta fis-sens li a\u0127na interskambjabbli. Dik mhix idea Kristjana, dik idea tal-individwali\u017cmu modern anti-Kristjan, spiss imbuttat fl-istorja minn forzi kapitalisti\u010bi id f&#8217;id mal-ag\u0127ar suldati tax-xellug estrem b&#8217;maskra moderata.<\/p>\n\n\n\n<p>In-nazzjonalit\u00e0 u t-tkattir tag\u0127ha huwa valur san u \u0121ust, \u0121ust meta ma jirfisx fuq id-drittijiet le\u010biti ta&#8217; nazzjonalitajiet o\u0127ra. In-nazzjonalit\u00e0 arrikkiment fuq l-umanit\u00e0, anzi hija integrali g\u0127all-vera umanit\u00e0, hija riflessjoni wkoll tar-raba&#8217; kmandament, u hawn ippermettulna nisiltu minn Papa Qaddis, San \u0120wanni Pawlu II:<\/p>\n\n\n\n<p>&#8220;It-tifsira li tkellimna dwarha rigward il-kun\u010bett ta&#8217; patrija u r-rabtiet tag\u0127ha mal-paternit\u00e0 u mal-\u0121enerazzjoni, tipponta lejn il-valur morali tal-patrijotti\u017cmu. Jekk nistaqsu fejn jidher il-patrijotti\u017cmu fid-Dekalogu, it-twe\u0121iba malajr insibuha: ir-raba&#8217; kmandament li jobbligana nqimu lil ommna u lil missierna. Dan jaqa&#8217; ta\u0127t l-umbrella tal-kelma Latina pietas, li ti\u0121bor fiha d-dimensjoni reli\u0121ju\u017ca tar-rispett u l-qima mog\u0127tija lill-\u0121enituri.&#8221; &#8211; Minn Memorja u Identit\u00e0, Kapitlu 12 Il-patrijotti\u017cmu, pa\u0121na 77, pubblikat minn \u010aAK fl-2011 (www.cakmalta.org).<\/p>\n\n\n\n<p>Ix-xandir awdjovi\u017ciw re\u010benti tag\u0127na tal-M.A.S. fuq l-internet beda f&#8217;Di\u010bembru li g\u0127adda u g\u0127adna qeg\u0127din (u wisq probabbli, nibqaw) nipperfezzjonaw il-prodott tekniku u dak ta&#8217; kummentarju u formazzjoni. Din il-problema epokali qabel Di\u010bembru konna ilna nitkelmuha, spiss privatament, g\u0127al snin.<\/p>\n\n\n\n<p>Fost in-nies prominenti li stenb\u0127u g\u0127al din ir-realt\u00e0 u sfida politika ma\u0121\u0121uri g\u0127as-sopravvivenza tan-nazzjon Malti, kellna l-E.T. l-Ar\u010bisqof lura f&#8217;Jum ir-Repubblika u aktar re\u010bentement l-Onor. Ministru tal-Finanzi. Issa l-kbarat qed jg\u0127arfu. Irridu ng\u0127arfu l-isfida biex nikkumbattulha, ng\u0127arfu l-problema biex insibu u nwettqu s-soluzzjonijiet.<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-ispe\u010bi ta&#8217; konver\u017cjoni fuq it-triq ta&#8217; Damasku ta&#8217; \u010bertu kbarat m&#8217;g\u0127andnix \u0127lief napprezzawha, flok nag\u0127mlu b\u0127al o\u0127rajn li jin\u0127lew f&#8217;kummentarji parti\u0121\u0121jani skifu\u017ci. Wara kollox, jekk vera \u017cbalja xi \u0127add, liem Kattoliku \u0121enwin ma jemminx fir-redenzjoni u l-konver\u017cjoni g\u0127as-sewwa? U iva, noqg\u0127odu attenti mill-b\u017car f&#8217;g\u0127ajnejn il-boloh, per\u00f2 nittamaw u nsostnu l-buona fede g\u0127all-azzjoni qabel nitilqu bil-kundanni fuq il-passat. Inkella l-kundanna tkun fuq Malta tag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p>A\u0127na tal-M.A.S. jinteressana mis-sopravvivenza tan-nazzjon Malti u nitolbu u na\u0127dmu biex ma nersqux lejn l-insostenibbilt\u00e0 jew ag\u0127ar l-estinzjoni (b&#8217;differenza g\u0127al xi summi li jit\u0127allew ju\u017caw ri\u017corsi ekkle\u017cjali favur kredu suwi\u010bida g\u0127all-Maltin, ming\u0127ajr \u0127add ma jist\u0127i, min irid jifhem \u0127a jifhem).<\/p>\n\n\n\n<p>Dawn dati statisti\u010bi, mhux opinjonijiet.<\/p>\n\n\n\n<p>Hawnhekk fuq din ir-riflessjoni fil-qosor, xrara storja tal-M.A.S. Infakkar kif fis-snin \u0127amsin tas-seklu l-ie\u0127or, wa\u0127da mill-ewwel sforzi tal-M.A.S. kienet l-Asso\u010bjazzjoni g\u0127all-Familji Numerusi, biex tippromwovi l-\u0121id tal-istess familji. Min jaf fis-snin ta&#8217; wara kemm kien hemm summi u vavi li ddie\u0127qu bihom, u min jaf issa kemm verament g\u0127andna b\u017connhom. Ippermettulna l-ideali\u017cmu, il-Kristjan ma jitlifx it-tama, u l-ideali naraw li nfittxuhom b&#8217;reali\u017cmu.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image size-large\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" width=\"1024\" height=\"336\" src=\"http:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1-1024x336.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-403\" srcset=\"https:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1-1024x336.png 1024w, https:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1-300x99.png 300w, https:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1-768x252.png 768w, https:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1-1536x504.png 1536w, https:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1-720x236.png 720w, https:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1-580x190.png 580w, https:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1-320x105.png 320w, https:\/\/mas-malta.eu\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/MAS-Familji-Numerusi-1.png 1669w\" sizes=\"auto, (max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/figure>\n\n\n\n<p>Qeg\u0127din insegwu b&#8217;interess dawn id-diskussjonijiet, dawn il-konver\u017cjonijiet, u se nibqg\u0127u nsegwuhom. Il-M.A.S. huwa iva patrijottiku, u fuq dan g\u0127andna tradizzjoni provata fil-pubblikazzjonijiet u l-po\u017cizzjonijiet tag\u0127na u tal-fundatur tag\u0127na. L-antipatrijotti\u017cmu, universali\u017cmi foloz u riduttivi mhux patrimonju tag\u0127na, mhux missjoni tag\u0127na. Irridu lin-nazzjon Malti jqum, jag\u0127raf is-sewwa, u jimxi fuq it-triq tas-sewwa g\u0127alih skond il-karatteristi\u010bi nazzjonali tieg\u0127u u s-sewwa tal-kredu Kattoliku.<\/p>\n\n\n\n<p>G\u0127oddni tag\u0127kom,<br>avv. Edric Micallef Figallo<br>President &#8211; M.A.S.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Min isegwi l-programmi li qeg\u0127din inxandru jista&#8217; jifhem li l-parte\u010bipanti kollha s&#8217;issa nqisu l-problema tan-natalit\u00e0 Maltija b\u0127ala problema epokali g\u0127an-nazzjon Malti, e\u017casperata minn sovrapopolament attwali mi\u0121jub minn migrazzjoni ekonomika liberali u massiva. Hawn min ja\u0127seb sew li l-bniedem ugwali, per\u00f2 dan isir \u0127sieb falz u ingannevoli meta fit-t\u0127addin tieg\u0127u ji\u010b\u0127ad il-valur uman tan-nazzjonalit\u00e0 u tal-patrijotti\u017cmu. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":5,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[1],"tags":[74,75,81,18,12,37,73,78,79,80,53,76,77],"class_list":["post-401","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-blog","tag-familja","tag-familji","tag-gwanni-pawlu-ii","tag-malta","tag-malti","tag-mons-fortunato-mizzi","tag-natalita","tag-patria","tag-patrija","tag-patrijottizmu","tag-politika","tag-tfal","tag-ulied"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/401","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/5"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=401"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/401\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":405,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/401\/revisions\/405"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=401"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=401"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=401"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}