{"id":406,"date":"2025-03-07T19:38:19","date_gmt":"2025-03-07T18:38:19","guid":{"rendered":"https:\/\/mas-malta.eu\/?p=406"},"modified":"2025-06-07T10:52:16","modified_gmt":"2025-06-07T08:52:16","slug":"lura-mill-ezilju-80-sena-mir-ritorn-tad-deportati-maltin","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/2025\/03\/07\/lura-mill-ezilju-80-sena-mir-ritorn-tad-deportati-maltin\/","title":{"rendered":"Lura mill-E\u017cilju: 80 sena mir-ritorn tad-deportati Maltin"},"content":{"rendered":"\n<figure class=\"wp-block-image size-large\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/cdn-attachments.timesofmalta.com\/9b6a72c8ae4f9f542148daf2fffd763874d9e9a4-1675766774-06cb3d69-960x640.jpeg\" alt=\"\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p><em>38 Maltin \u0121ew internati u e\u017ciljati lejn l-Uganda illegalment fl-1942. Ritratti tal-Arkivji Nazzjonali ta&#8217; Malta<\/em><\/p>\n\n\n\n<p>Forsi ftit jafu, u \u0127afna inqas jimpurtahom, li din is-sena ja\u0127bat it-80 anniversarju mir-ritorn f&#8217;Malta ta\u2019 41 patrijotti Maltin li rritornaw mill-e\u017cilju sfurzat tag\u0127hom \u0121ewwa l-Uganda, l-Afrika. Ng\u0127id \u201cftit jafu\u201d g\u0127ax a\u0127na l-Maltin g\u0127andna tendenza kerha li ninsew il-passat u s-sagrifi\u010b\u010bji tal-antenati tag\u0127na, u ng\u0127idu \u201cinqas jimpurtahom\u201d g\u0127ax b\u0127al issa ma\u0127kuma minn apatija gravissima. Per\u00f2 dawn l-eroj, li baqg\u0127u sa ma \u0121ew e\u017ciljati mill-patrija tag\u0127hom leali, anzi lealissimi, lejn il-valuri u l-prin\u010bipji tag\u0127hom, g\u0127andhom iservu ta\u2019 e\u017cempju g\u0127alina u g\u0127all-klassi politika ta\u2019 xi tfisser li tkun bniedem ta\u2019 stoffa u li t\u0127addan l-onest\u00e0 b\u0127ala l-politika tieg\u0127ek. Lealissimi, anke lejn il-Kuruna Brittanika u ming\u0127ajr ebda prova serja u attendibbli ta\u2019 \u017clealt\u00e0 lejn il-Kuruna Brittanika, kif spiss xlewhom g\u0127all-iskopijiet parti\u0121jani tag\u0127hom l-avversarji politi\u010bi tag\u0127hom. U\u0127ud minn dawk l-avversarji politi\u010bi sa waslu biex jipproponu l-piena tal-mewt g\u0127al u\u0127ud minnhom. Minn dawk li tkellmu u kitbu tul is-snin, u kif ukoll mid-diretti interessati spiss tqajjem il-\u0127sieb li dan kien xog\u0127ol viljakk u vili ta\u2019 Malti kontra Malti, bl-Imperjalista Brittaniku jimbotta l-Malti li lest jilg\u0127aqlu l-qieg\u0127 ta\u017c-\u017carbun.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Sfond Storiku<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Fl-ewwel nofs tal-a\u0127\u0127ar Seklu, l-akbar kwestjoni politika f\u2019Malta kienet l\u2019hekk imsej\u0127a kwistjoni tal-lingwa, li kienet da\u0127let fix-xena politika Maltija lura fl-a\u0127\u0127ar nofs tas-Seklu 19. F\u2019termini sempli\u010bi, f\u2019Malta kien hawn fazzjoni ta\u2019 nies favur li tin\u017camm il-lingwa Taljana b\u0127ala lingwa ta\u2019 kultura, istruzzjoni u uffi\u010bjali tan-nazzjon Malti u o\u0127rajn li riedu li l-Ingli\u017c jie\u0127u s-sopravvent kontra sekli s\u0127a\u0127 ta\u2019 storja kulturali Taljana f\u2019Malta. Il-patrijotti tal-ewwel kienu mmexxija minn dott. Enrico Mizzi b\u0127ala <em>\u201cil cavaliere senza macchia e senza paura\u201d<\/em> u l-o\u0127rajn mbuttati minn Lord Gerald Strickland, iben nobbli Ingli\u017c u addirittura membru huwa stess tal-House of Commons f\u2019Londra. Ladarba fl-1940 l-Italja ddikjarat gwerra fuq ir-Renju Unit, awtomatikament da\u0127let fi\u017c-\u017cifna Malta kwantu ba\u017ci militari Brittannika f\u2019ba\u0127ar prattikament Taljan (Malta kienet effettivament imdawwra minn kull ri\u0127 minn territorji fil-kontroll tal-Italja). Min\u0127abba dan, il-fazzjoni li kienet favur il-kultura Taljana ta\u2019 Malta bdiet ti\u0121i akku\u017cata b\u2019diversi affarijiet li ma kienux minnhom. Fost dawn l-akku\u017ci nsibu li kienu ttimbrati b\u0127ala \u201cFaxxisti\u201d. F\u2019Malta kienet te\u017cisti g\u0127aqda ta\u2019 faxxisti jisimhom \u201cMalta Union of Fascists\u201d, per\u00f2 dawn kienu pjuttost anglofili aktar milli italofili, u biex tissie\u0127eb mag\u0127hom kellek b\u017conn tiddikjara l-lealt\u00e0 tieg\u0127ek lejn il-kuruna Britannika. Apparti minn hekk, il-fazzjoni favur il-kultura Taljana \u0121iet mixlija wkoll bl-akku\u017ca li kienu \u201cQuislings\u201d, li tfisser li kienu qeg\u0127din jikkospiraw mal-gvern ta\u2019 Mussolini sabiex jinvaduna t-Taljani. G\u0127alkemm kienu je\u017cistu pro-Taljani irredentisti, cio\u00e8 dawk li xtaqu li Malta ssir parti mir-Renju Taljan, din ma kienitx il-linja uffi\u010bjali tal-moviment Nazzjonalista favur il-kultura Taljana ta\u2019 Malta, kultura li kienet fostna g\u0127al mijiet ta\u2019 snin u li l-gwerra politika u demokratika g\u0127aliha bdiet fis-seklu dsatax meta Mussolini kien g\u0127adu \u2018qas twieled. . Fit-Tieni Gwerra Mondjali, \u201cQuisling\u201d kienet tirreferi g\u0127an-Norve\u0121i\u017c Vidkun Quisling, li kien kollaboratur tan-Na\u017cisti fin-Norve\u0121ja, u allura din kienet tikketta o\u0127ra malafamanti u bla ba\u017ci biex tittimbra lil dak li jkun b\u0127ala traditur. I\u017cda kienet ironika li grupp ta\u2019 Imperjalisti, li kienu kuntenti b\u2019Malta ddominata minn pajji\u017c barrani Nordiku, kellhom il-kura\u0121\u0121 li jippuntaw is-swaba huma dwar min hu traditur meta huma stess kienu qeg\u0127din jittradixxu mijiet ta\u2019 snin ta\u2019 kultura u spiss anke l-interessi materjali tal-Maltin favur l-Imperu Brittanniku u g\u0127at-tornakont tag\u0127hom. G\u0127aldaqstant, ir-rieda tal-Imperjalisti mmexxija minn Strickland bis-servilit\u00e0 tal-fazzjoni ta\u2019 Pawlu Boffa mexxew favur li\u0121i li kienet tippermetti lill-Gvernatur sabiex jiddeporta lil dawk li kienu internati; kien hemm madwar 120 minnhom mi\u017cmuma fil-kunvent ta\u2019 Sant\u2019 Agata. L-uniku persuna li oppona kien Sir Ugo Pasquale Mifsud li miet ftit wara l-intervent tieg\u0127u fil-Kunsill tal-Gvern. Dik l-istess li\u0121i \u0121iet wara dikjarata illegali mill-g\u0127ola Qorti tal-Maesta Brittanika Tieg\u0127u f\u2019Malta, per giunta preseduta minn Im\u0127allef notarjament Imperjalista u ex-sostenitur ta\u2019 Lord Gerald Strickland.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>G\u0127alfejn kienu pro-Taljan?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Bosta forsi jistaqsu, g\u0127alfejn kienu favur il-kultura Taljana f\u2019Malta dawk li \u0121ew iddeportati? F\u2019Malta x\u2019importanza kellu t-Taljan? U g\u0127alfejn kellna n\u017commu t-Taljan a skapitu tal-Ingli\u017c li kienet il-lingwa tal-Imperu meta a\u0127na konna kolonja tag\u0127hom? It-Taljan kienet ilha lingwa uffi\u010bjali u ta\u2019 kultura letterarja u amministrattiva ta\u2019 Malta sa minn qabel \u017cmien l-Ordni ta\u2019 San \u0120wann u kienet g\u0127ajn identifikabbli tal-Ewropeit\u00e0 tal-Maltin. Min\u0127abba n-nuqqas ta\u2019 kultura b\u2019sa\u0127\u0127itha bi\u017c\u017cejjed imre\u0121\u0121ija fuq il-lingwa mitkellma Maltija, il-moviment Nazzjonalista ra li l-Ingli\u017ci setg\u0127u fa\u010bilment jiddominaw lill-Maltin li kieku l-lingwa Taljana tintilef minn Malta. Saqsu lilkom infuskom, liema lingwa tiddomina l-\u0127ajja letterarja, amministrattiva u aktar tag\u0127na llum? L-Italja kienet dik li tipprovdi l-ftit \u0127ajja kulturali li kienet te\u017cisti f\u2019Malta. Kien hemm bosta studenti li marru jistudjaw hemm: artisti u arkitetti kienu influenzati \u0127afna mit-tendenzi li kienu je\u017cistu fl-Italja. Anke l-kultura popolari kienet Taljana: kanzunetti Taljani u l-Opera. It-Taljan kien vitali b\u0127ala lingwa kulturali: il-Malti kien prattikament bla u\u017cu jew fjakk fi sferi kulturali. Allura n-Nazzjonalisti, immexxija minn Enrico Mizzi, kellhom ra\u0121un meta stqarru li l-uniku mezz ta\u2019 kif setg\u0127u iwaqqfu d-dominanza Ingli\u017ca u kultura Prostestanta milli tinfiltra l-pajji\u017c kien bil-pre\u017cenza tal-kultura Taljana fil-g\u017cejjer. B\u2019din il-forma mentis f\u2019postha, il-fazzjoni ta\u2019 Mizzi o\u0121\u0121ezzjonat g\u0127al kwalunkwe mossa li kienet kapa\u010bi thedded il-po\u017cizzjoni tat-Taljan fil-g\u017cejjer tag\u0127na. Kienu jafu wkoll li l-Imperjalisti kellhom l-g\u0127an li ju\u017caw il-Malti sabiex jeqirdu t-Taljan u j\u0127allu l-Ingli\u017c jiddomina, xi \u0127a\u0121a li qed naraw l-effetti tag\u0127ha llum. Il-Malti g\u0127alhekk kien intu\u017ca storikament, u llum missna nag\u0127mlu u\u017cu ferm a\u0127jar tieg\u0127u. Min\u0127abba dan kollu, l-Imperjalisti kienu, u l-eredi tag\u0127hom g\u0127adhom, jittimbraw lin-Nazzjonalisti veri u integri ta\u2019 Enrico Mizzi b\u0127ala \u201cirredentisti\u201d. I\u017cda, il-lealt\u00e0, il-militanza u s-sagrifi\u010b\u010bju&nbsp; tag\u0127hom dejjem kienu lejn Malta; u jekk dik il-missjoni kienet tirrikjedi t-tis\u0127i\u0127 tar-rabtiet bejn Malta u l-Italja mela kienu jkunu favur mossa b\u0127al din ladarba kienet tibbenefika d-drittijiet kostituzzjonali tal-Maltin. Il-Maltin kienu politikament Ingli\u017ci: per\u00f2 kienu \u0121eografikament, etnikament, storikament, kulturalment, spiritwalment Taljani. \u017bgur ma kienux hekk Ingli\u017ci, li kienu aljeni g\u0127all-antenati tag\u0127ha. Ma tistax storikament u etnografikament tqabbel il-kultura u lingwa Taljana ma\u2019 dik Ingli\u017ca b\u0127ala xi realt\u00e0 interskambjabbli, bl-a\u0127\u0127arijiet spiss isservi biss ta&#8217; sempli\u010bi g\u0127odda ekonomika u opportunistika g\u0127at-tornakont. Il-lingwa Taljana kienet il-mezz spiritwali u konkret ta\u2019 kif il-Maltin setg\u0127u jaffermaw u jmantnu l-individwalit\u00e0 nazzjonali fi \u0127dan l-Imperu li kien mifqug\u0127 b\u2019sentimenti ta\u2019 superjorit\u00e0 razzista kontra min mhux Ewropew (u \u0121ieli anke kontra min ma kienx mill-Ewropa tal-Majjistral). L-Italianit\u00e0, li l-Kattoli\u010be\u017cimu ta\u2019 Ruma kien prattikament parti fondamentali minnha, kienet l-Ewropeit\u00e0 tag\u0127na u xejn aktar.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Id-Deportati<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>41 minn dawk li kienu internati f\u2019Sant\u2019Agata spi\u010b\u010baw \u0121ew iddeportati u po\u0121\u0121uti abbord l-HMS Breconshire fi triqtu g\u0127al Lixandra fl-E\u0121ittu fi Frar tal-1942. Huma waslu fil-kamp tal-kon\u010bentrament f\u2019Entebbe fl-Uganda fl-14 ta\u2019 April 1942, post meqjus perikolu\u017c g\u0127all-Ewropej. Bosta mid-deportati sofrew mill-malarja fl-Uganda u \u0127afna kienu baqg\u0127u morda sa ma \u0121ew ripatrijati f&#8217;Malta. Il-posta li setg\u0127u jibg\u0127atu lejn Malta kienet \u010bensurata immens mill-Ingli\u017ci. Kull persuna kellu l-permess li jibg\u0127at \u017cew\u0121 ittri fil-\u0121img\u0127a b\u2019massimu ta\u2019 30 kelma l-wa\u0127da, u setg\u0127u jiktbu biss affarijiet personali fihom. Wara li fl-4 ta\u2019 Mejju 1942 d-deportazzjoni \u0121iet meqjusa b\u0127ala illegali mill-Qorti tal-Appell wie\u0127ed kien jobsor li allura dawn id-deportati kienu se jin\u0121iebu lura lejn Malta per\u00f2 din l-illegalit\u00e0 u delitt tal-gwerra kellu jitkompla. Anqas fl-1943 meta l-Italja kkapitulat quddiem l-Amerikani u meta ma kien baqa\u2019 ebda tama li l-Italja tinvadi lil Malta ma ttie\u0127det de\u010bi\u017cjoni sabiex dawn jin\u0121iebu lura. Minflok, id-deportati \u017cammewhom fejn kienu sal-1945, tliet snin wara li l-att tad-deportazzjoni \u0121ie ddikkjarat illegali. Ir-ripatrijazzjoni tad-deportati bdiet f\u2019April tal-1944 u l-kumplament waslu lura fit-8 ta\u2019 Marzu tal-1945, fosthom il-&#8220;perikolo\u017cissimi&#8221; fosthom b\u0127al Enrico Mizzi, li spi\u010b\u010ba Prim Ministru u bl-unuri ta\u2019 funerali statali bit-truppi Brittani\u010bi jimmar\u010bjaw g\u0127alih. Tajjeb li nsemmu li mid-deportati kollha l-anqas wie\u0127ed ma nstab \u0127ati ta\u2019 xejn qabel, waqt jew wara l-Gwerra, u fuq kollox wara li setg\u0127u provaw \u0127afna, ebda \u010barlatan odjern ma se jirnexxilu. Stori\u010bi Brittani\u010bi stess sostnew x\u2019vilt\u00e0 kienet dik li twettqet kontra dawn il-patrijotti Maltin.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image size-large\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/cdn-attachments.timesofmalta.com\/ccbb7dbd7907dd1711ce7f5548d89d787c99324d-1675708090-48869075-1920x1280.jpeg\" alt=\"\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p><em>L-avv. Enrico Mizzi, Kap tal-Partit Nazzjonalista, kien wie\u0127ed mid-deportati. <\/em><\/p>\n\n\n\n<p><strong>Konklu\u017cjoni<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Wara tmiem il-Gwerra, il-Maltin donnhom riedu jinsew il-passat tag\u0127hom. It-trawma tal-Gwerra kkombinata mat-tmexxija awtoritarja u diskriminatorja tal-Brittanni\u010bi f\u2019dik l-epoka ikkreat mentalit\u00e0 ta\u2019 servili\u017cmu u ta\u2019 bi\u017ca\u2019, fejn in-nies kienu kuntenti b\u2019dak li offrewlhom is-sidien kolonjali tag\u0127hom bla ma fet\u0127u fommhom g\u0127ad-dinjit\u00e0 nazzjonali tag\u0127hom, salv u\u0127ud li kif rajna soffrew \u0127afna g\u0127aliha. Il-potenza tar-re\u017cistenza li kellhom il-Maltin qabel il-Gwerra b\u0127al donnu qatt ma kienet. Din hi relatata mal-fatt li l-internament u deportazzjoni tal-Maltin qatt ma \u0121iet mitkellma jew diskussa kif jist\u0127oqqilha wara l-Gwerra. \u0126afna minn dawk id-deportati baqg\u0127u sal-a\u0127\u0127ar ta\u2019 \u0127ajjithom i\u0127ossu li ma kienux apprezzati bi\u017c\u017cejjed g\u0127as-sagrifi\u010b\u010bju li g\u0127addewhom minnu. L-Imperjalisti u l-Ingli\u017ci kienu rnexxielhom ikissru kuxjenza u fervur nazzjonali li kien fl-aqwa tieg\u0127u qabel il-Gwerra. Enrico Mizzi kien irnexxielu jsir Prim Ministru fl-1950 i\u017cda ka\u0121un tat-trawma u sofferenza kemm fi\u017cika u kemm psikolo\u0121ika li kien sfurzat jg\u0127addi minnha, huwa miet tliet xhur biss wara l-\u0121urament tieg\u0127u. Sal-a\u0127\u0127ar nifs, huwa baqa\u2019 <em>il cavaliere senza macchia e senza paura<\/em>.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"has-text-align-left\">Il-M.A.S. tul is-snin kellu l-opportunit\u00e0 ifakkar lil dawn il-vittmi tal-Imperjali\u017cmu Brittanniku, \u0127atja ta\u2019 patrijotti\u017cmu li ji\u010b\u0127ad l-opportuni\u017cmu, is-servili\u017cmu u l-i\u017cnazzjonalizzazzjoni tal-Maltin f\u2019attakk kontra parti integrali u fondamentali tal-patrimonju nazzjonali tieg\u0127u. Fost dawn, wie\u0127ed isib ix-xandiriet radjofoni\u010bi fuq Radju MAS fis-snin disg\u0127in tas-Seklu li g\u0127adda, ideati mill-fundatur tag\u0127na Mons. Fortunato P. Mizzi (ssibuhom hawn &#8211; <a href=\"https:\/\/youtu.be\/oLnoMjTTeZw?si=J6f7BEKlNc1z3v46\">https:\/\/youtu.be\/oLnoMjTTeZw?si=J6f7BEKlNc1z3v46<\/a>) u attivit\u00e0 b\u2019kommemorazzjoni g\u0127al Enrico Mizzi, l-aktar politikament prominenti fost l-e\u017ciljati, fl-2022 (issibuha hawn <a href=\"https:\/\/youtu.be\/yWX6Cz7Vzv8?si=JEZmiCl49QCVCaY7\">https:\/\/youtu.be\/yWX6Cz7Vzv8?si=JEZmiCl49QCVCaY7<\/a>) fis-sede nazzjonali tal-MAS. Minn nofsinhar fit-8 ta&#8217; Marzu 2025 issibu wkoll xandira re\u0121istrata ta&#8217; diskussjoni bejn il-koawturi ta&#8217; dan l-artikolu, billi \u017c\u017curu l-kanal YouTube tal-M.A.S (pre\u010bi\u017cament hawn &#8211; <a href=\"https:\/\/youtu.be\/5XjCrq-bfNY\">https:\/\/youtu.be\/5XjCrq-bfNY<\/a>).<br><br>Ng\u0127alqu b\u2019nota g\u0127al min kapa\u010bi jkun irid jipprova j\u0127amme\u0121 il-memorja tal-istess, infakkruhom f\u2019\u017cew\u0121 affarijiet: (i) kif bl-Otto Settembre, is-Sette Giugno, l-Indipendenza, ir-Repubblika u l-\u0126elsien il-poplu Malti \u010ba\u0127ad l-Imperjali\u017cmu Brittaniku kostituzzjonalment, u g\u0127ad jonqosna \u0127afna x\u2019nag\u0127mlu kulturalment; u (ii) kif mal-mewt ta\u2019 Enrico Mizzi anke avversarju b\u0127al Perit Dom Mintoff twassal biex jg\u0127id u moralment jimpenja <em>\u201cil-Maltin kollha\u201d<\/em> biex <em>\u201cbla ebda distinzjoni jag\u0127tuh dak li \u0127aqqu, ji\u0121ifieri jaraw fih il-bniedem onest u integru, li kien lest jissagrafika kollox anke lilu nnifsu basta isostni l-ideal tieg\u0127u\u2026B\u0127alma huwa talab lilna l-ma\u0127fra qabel ma miet nixtiequ li lilu b\u0127ala Maltin in-Nazzjon kollu jag\u0127tih ir-rispett bil-fatti u mhux biss bil-kliem.\u201d<\/em> (PATRIA! Sibt 30 ta\u2019 Di\u010bembru 1950)\u00a0<\/p>\n\n\n\n<p><em>Jake Muscat Dip.(Melit.) B.A.(Melit.) u avv. Edric Micallef Figallo LL.D. LL.M (Melit.)<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>38 Maltin \u0121ew internati u e\u017ciljati lejn l-Uganda illegalment fl-1942. Ritratti tal-Arkivji Nazzjonali ta&#8217; Malta Forsi ftit jafu, u \u0127afna inqas jimpurtahom, li din is-sena ja\u0127bat it-80 anniversarju mir-ritorn f&#8217;Malta ta\u2019 41 patrijotti Maltin li rritornaw mill-e\u017cilju sfurzat tag\u0127hom \u0121ewwa l-Uganda, l-Afrika. Ng\u0127id \u201cftit jafu\u201d g\u0127ax a\u0127na l-Maltin g\u0127andna tendenza kerha li ninsew il-passat u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":407,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[1],"tags":[18,53],"class_list":["post-406","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-blog","tag-malta","tag-politika"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/406","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=406"}],"version-history":[{"count":6,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/406\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":417,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/406\/revisions\/417"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media\/407"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=406"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=406"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=406"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}