{"id":451,"date":"2025-06-21T11:30:49","date_gmt":"2025-06-21T09:30:49","guid":{"rendered":"https:\/\/mas-malta.eu\/?p=451"},"modified":"2025-07-13T08:41:53","modified_gmt":"2025-07-13T06:41:53","slug":"pozizzjoni-ufficjali-dwar-il-konsultazzjoni-fuq-l-ewtanasija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/2025\/06\/21\/pozizzjoni-ufficjali-dwar-il-konsultazzjoni-fuq-l-ewtanasija\/","title":{"rendered":"Po\u017cizzjoni uffi\u010bjali dwar il-konsultazzjoni fuq l-ewtanasija"},"content":{"rendered":"\n<p>Il-Moviment Azzjoni So\u010bjali (M.A.S.) jesprimi l-oppo\u017cizzjoni bla e\u010b\u010bezzjoni g\u0127al kull idea li tiffavorixxi li xi \u0127add ine\u0127\u0127i \u0127ajtu b&#8217;idejh jew jitlob lil \u0127addie\u0127or jg\u0127inu biex jitterminalu \u0127ajtu, li huwa att ta&#8217; qtil li f&#8217;dal-ka\u017c b&#8217;maskra ta&#8217; \u0121ustifikazzjoni. Qieg\u0127ed jing\u0127adda \u0127afna kliem ingannevoli li jitkellmu dwar &#8220;dinjit\u00e0&#8221;, &#8220;kwalit\u00e0&#8221; et cetera li ja\u0127arbu mill-pedament tal-valur fundamentali tal-\u0127ajja li g\u0127andha ting\u0127ex mill-kon\u010bepiment sal-mewt naturali.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-M.A.S., filwaqt li jesprimi li fi prospettiva ta&#8217; tmiem ta&#8217; \u0127ajja (allegatament) inevitabbli s-sens ta&#8217; \u0127ajja ta&#8217; persuna jista&#8217; ji\u0121i dubitat u, jew mi\u010b\u0127ud minn dik il-persuna, isostni li m&#8217;g\u0127andix tkun is-so\u010bjet\u00e0 permezz tal-li\u0121i u, jew permezz ta&#8217; servizzi ta&#8217; sa\u0127\u0127a, li ji\u0121u servizzi g\u0127all-kultura tal-mewt, li jaslu biex ji\u0121\u0121ustifikaw, jimbuttaw u jrawmu mentalijiet li jift\u0127u t-triq g\u0127all-kultura tal-mewt.<\/p>\n\n\n\n<p>Dan kollu jing\u0127ad filwaqt li ti\u0121i espressa l-akbar simpatija g\u0127all-passjoni li jkunu g\u0127addejjin minnhom \u010bertu persuni, i\u017cda bil-\u0127sieb li dawn l-istess persuni ma jit\u0127allewx jaqaw f&#8217;dak it-turment qerriedi. Il-M.A.S. jag\u0127raf, kif jistg\u0127u jg\u0127arfu \u0127afna minnha, li ambjent li jrawwem il-valur tal-\u0127ajja ja\u0127dem kontra kull idea ta&#8217; suwi\u010bidju jew qtil assistit, b&#8217;mod li r-rieda retta ma \u010b\u010bedix g\u0127at-tentazzjoni li ttemm il-\u0127ajja, tmiem li fil-perspettiva quddiema huwa tmiem g\u0127al dejjem li a\u0127na qatt ma nistg\u0127u na\u0121evolaw b&#8217;kuxjenza retta.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-M.A.S. ma jistax ma jfakkarx li kull ewtanasija hija \u0127a\u017cina, u mhux f&#8217;po\u017cizzjoni li joqg\u0127od jitkellem favur xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina kontra xi \u0127a\u0121a aktar \u0127a\u017cina.<\/p>\n\n\n\n<p>Hemm ra\u0121unijiet areli\u0121ju\u017ci kontra l-ewtanasija, inklu\u017ci dubbji dwar kif ti\u0121i applikata l-prattika, il-motivazzjoni g\u0127alfejn, kemm verament jista&#8217; jkun mentalment f&#8217;sensih min possibbilment qieg\u0127ed fi stat ta&#8217; disperazzjoni a\u010b\u010bellerat mill-prospettiva li je\u0127les minnha, kemm hija pre\u010bi\u017ca x-xjenza medika dwar persuna hix fil-po\u017cizzjoni li qieg\u0127ed jipprospetta l-Gvern g\u0127al dan id-&#8220;dritt&#8221;, et cetera. Kollha dubbji le\u010biti, le\u0121ittimi u opportuni li \u0121ew imressqa minn \u0127addie\u0127or, u li ma je\u0127tie\u0121ux ripetizzjoni minna. Apparti dan, hemm premessi falla\u010bi g\u0127al-limitazzjonijiet prospettati mill-Gvern i\u017cda dawn fet\u0127u l-bieb g\u0127al diskussjoni aktar mifruxa, dwar id-&#8220;dritt&#8221; ta&#8217; kull min ikun li jittermina \u0127ajtu skond ir-rieda tieg\u0127u u prattikament xejn aktar. Ji\u0121ifieri, sewwa jg\u0127id min jargumenta li dan pass biex \u010bertu movimenti jwassluna g\u0127al diskussjoni u politika favur dak id-&#8220;dritt&#8221;. G\u0127al ra\u0121unijiet areli\u0121ju\u017ci dan kollu jista&#8217; ji\u0121i oppost u f&#8217;\u0121ie\u0127 is-sewwa m&#8217;g\u0127andux jipprevali. G\u0127andna \u0127afna e\u017cempji ta&#8217; persuni li g\u0127exu bl-akbar dinjit\u00e0 l-fa\u017ci terminali ta&#8217; \u0127ajjithom fuq din l-art, li spiss ix-xhieda tag\u0127hom qieg\u0127da tit\u0127alla fis-silenzju, kemm ovvjament b&#8217;rispett g\u0127all-privatezza tag\u0127hom i\u017cda wkoll b&#8217;oskurament politiku konvenjenti. Hawnhekk ukoll, il-M.A.S. jing\u0127aqqad mar-rieda ta&#8217; prattikament kul\u0127add biex programmi u servizzi ta&#8217; kura paljattiva jissa\u0127\u0127u, i\u017cda jesprimi xetti\u010bi\u017cmu dwar kemm din il-proposta tkun tista&#8217; ta\u0127dem favur l-istess fil-prattika.<\/p>\n\n\n\n<p>I\u017cda l-Kattoliku ma jieqafx ikun tali meta jo\u0127ro\u0121 mid-dar jew mill-knejjes, u x-xhieda so\u010bjali hija doveru\u017ca u f&#8217;Malta, u spe\u010bjalment fost il-Maltin veri, id-dati uffi\u010bjali jg\u0127idulna li hawn ma\u0121\u0121oranzi kbar f&#8217;kull faxx ta&#8217; et\u00e0 li jidentifikaw ru\u0127hom b\u0127ala Kattoli\u010bi. G\u0127alhekk, bir-rispett kollu ma nistg\u0127ux ma ng\u0127idux li l-ewtanasija hija ingann kontra t-twemmin li \u0127afna suppost g\u0127andhom skond ma jistqarru.<\/p>\n\n\n\n<p>Din hija wkoll proposta g\u0127al li\u0121i u prattika amministrattiva tar-Repubblika ta&#8217; Malta, hija \u0127a\u0121a pubblika ta&#8217; kul\u0127add u ni\u010b\u0127du kull argument falz mil-linja &#8220;jekk ma tridux, tu\u017cahx&#8221;. Dak ingann ie\u0127or. Il-M.A.S. konvint li Maltin konxji, kif g\u0127andhom ikunu l-Maltin kollha, meta tqis kollox, ma jistg\u0127ux ikunu favur l-ewtanasija u kull konsultazzjoni pubblika \u0121enwina g\u0127andha tkun miftu\u0127a g\u0127all-ipote\u017ci li l-proposti mressqin g\u0127all-konsultazzjoni pubblika jin\u010ba\u0127du mill-pubbliku. Il-M.A.S. jing\u0127aqqad ma&#8217; dik il-parti tal-pubbliku u jitlob i\u010b-\u010ba\u0127da assoluta tal-proposta mressqa g\u0127all-konsultazzjoni pubblika. Finalment, g\u0127andha tipprevali kultura favur il-\u0127ajja u kultura li tifta\u0127 il-bieb g\u0127al &#8220;grazzja&#8221; tal-mewt mhix kompatibbli ma&#8217; kultura favur il-\u0127ajja.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Moviment Azzjoni So\u010bjali (M.A.S.) jesprimi l-oppo\u017cizzjoni bla e\u010b\u010bezzjoni g\u0127al kull idea li tiffavorixxi li xi \u0127add ine\u0127\u0127i \u0127ajtu b&#8217;idejh jew jitlob lil \u0127addie\u0127or jg\u0127inu biex jitterminalu \u0127ajtu, li huwa att ta&#8217; qtil li f&#8217;dal-ka\u017c b&#8217;maskra ta&#8217; \u0121ustifikazzjoni. Qieg\u0127ed jing\u0127adda \u0127afna kliem ingannevoli li jitkellmu dwar &#8220;dinjit\u00e0&#8221;, &#8220;kwalit\u00e0&#8221; et cetera li ja\u0127arbu mill-pedament tal-valur fundamentali tal-\u0127ajja [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[1],"tags":[54,94,92,93,20,96,98,97,18,95,91,55,53],"class_list":["post-451","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-blog","tag-etika","tag-euthanasia","tag-ewtanasija","tag-ewtanasja","tag-hajja","tag-ingann","tag-kultura-tal-hajja","tag-kultura-tal-mewt","tag-malta","tag-mewt","tag-morali","tag-moralita","tag-politika"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/451","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=451"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/451\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":454,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/451\/revisions\/454"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=451"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=451"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=451"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}