{"id":501,"date":"2026-04-28T09:34:47","date_gmt":"2026-04-28T07:34:47","guid":{"rendered":"https:\/\/mas-malta.eu\/?p=501"},"modified":"2026-04-29T08:05:17","modified_gmt":"2026-04-29T06:05:17","slug":"il-mas-u-l-ewwel-ta-mejju","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/2026\/04\/28\/il-mas-u-l-ewwel-ta-mejju\/","title":{"rendered":"l-ewwel ta&#8217; mejju u n-nisrani"},"content":{"rendered":"\n<p>Il-festa tal-Ewwel ta&#8217; Mejju ssib l-ori\u0121ini tag\u0127ha fi \u0121lieda li se\u0127\u0127et f&#8217;Chicago (Stati Uniti) bejn puluzija u l-\u0127addiema tal-istabbillimenti McCormick Harvester li kienu qed jag\u0127mlu dimostrazzjoni g\u0127al kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol a\u0127jar. Dan l-inkontru bejn \u0127addiema u puluzija, li sfortunatament irri\u017culta fit-tixrid tad-demm, se\u0127\u0127 proprju fl-1 ta&#8217; Mejju tal-1886. <\/p>\n\n\n\n<h2 class=\"wp-block-heading\">L-Ewwel ta&#8217; Mejju 1886<\/h2>\n\n\n\n<p>F&#8217;din il-\u0121lieda tal-Ewwel ta&#8217; Mejju tal-1886 kienu nqatlu erba&#8217; \u0127addiema. B&#8217;ri\u017cultat ta&#8217; dan, spi\u010b\u010bat inda\u0127let fis-sitwazzjoni l-&#8220;Internazzjonali Amerikana&#8221;, li g\u0127amlet appell li kien jg\u0127id: <em>&#8220;Is-sidien telqulna ma saqajna l-klieb tal-g\u0127assa tag\u0127hom, il-Pulizija qatlu lil  \u0127utkom \u0127addiema ta&#8217; McCormick. Qatlu lil dawk l-imsejkna g\u0127ax b\u0127alkom kellhom il-kura\u0121\u0121 imorru kontra r-rieda suprema tas-sidien tag\u0127hom&#8230;Aqbdu l-armi f&#8217;idejkom, aqbdu l-armi.&#8221;<\/em><\/p>\n\n\n\n<p>L-idea li l-1 ta&#8217; Mejju ji\u0121i mag\u0127\u017cul b\u0127ala festa mundjali tal-\u0127addiema ori\u0121inat u \u0121iet ikkonkretizzata f&#8217;Kungress Internazzjonali So\u010bjalista li sar f&#8217;Pari\u0121i fl-1889. Din saret fl-okka\u017cjoni ta&#8217; espo\u017cizzjoni internazzjonali fejn il-\u0127addiema tad-dinja fl-istess \u0121urnata jitolbu li s-sieg\u0127at tax-xog\u0127ol jitnaqqsu legalment g\u0127al tmienja. Il-Federazzjoni Amerikana tax-Xog\u0127ol kienet idde\u010bidiet, fil-Kungress li \u017cammet f&#8217;St. Louis fis-sena 1889, sabiex manifestazzjoni b\u0127al din issir fl-Ewwel ta&#8217; Mejju tal-1890. Il-\u0121urnata tal-Ewwel ta&#8217; Mejju re\u0121g\u0127et \u0121iet mag\u0127\u017cula b\u0127ala l-\u0121urnata tal-\u0127addiema fil-kungressi So\u010bjalisti &#8211; Internazzjonali li saru f&#8217;Brusselles u f&#8217;Zurig fl-1891.<\/p>\n\n\n<div class=\"wp-block-image\">\n<figure class=\"aligncenter size-large is-resized\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/d1.momapix.com\/gilardi\/320000cb9e0d7877dffdd779d28f48070323f4d80130c6fbee8414d4134bc0501f698\/Preview9619.jpg?v.0.31c97cbb941d3e92d0e6f9925e9bc4d7&amp;w=762&amp;h=762\" alt=\"\" style=\"width:229px;height:auto\"\/><\/figure>\n<\/div>\n\n\n<p>Minn dak i\u017c-\u017cmien, l-Ewwel ta&#8217; Mejju bdiet aktar u aktar issir festa Marxista li tissimbolizza t-taqbida tal-\u0127addiema kontra l-Kapitali\u017cmu. Bosta drabi, din il-festa kienet okka\u017cjoni fejn isir it-tixrid tad-demm b\u0127alma se\u0127\u0127 f&#8217;Milan u Franza fl-1898. Ng\u0127id li bdiet issir festa min\u0127abba l-fatt li bosta mexxejja Marxisti kellhom ix-xewqa li din tibda tkun il-festa uffi\u010bjali tal-\u0127addiema li tikkompeti mal-festi tradizzjonalment asso\u010bjati mal-Knisja u l-Borge\u017cija. Naturalment, il-Kattoli\u010bi, \u0127addiema u mhumiex, irrifjutaw li jissie\u0127bu f&#8217;din il-\u0121lieda g\u0127all-&#8220;\u0121ustizzja so\u010bjali&#8221; mibnija fuq l-odju u l-vjolenza. Il-Knisja Kattolika allura, li sa minn dejjem kellha f&#8217;qalba l-klassijiet l-aktar umli fis-so\u010bjet\u00e0, qaddset il-\u0121urnata tal-Ewwel ta&#8217; Mejju u elevata g\u0127al festa Kattolika.<\/p>\n\n\n\n<h2 class=\"wp-block-heading\">ir-reazzjoni tal-knisja<\/h2>\n\n\n\n<p>Fl-1955, il-Papa Piju XII introdu\u010ba l-festa ta&#8217; San \u0120u\u017cepp \u0126addiem fil-Kalendarju Ruman b\u0127ala festa ekkle\u017cjastika kontrarja g\u0127all-Jum Internazzjonali tal-\u0126addiema li kienet prattikament festa So\u010bjalista. Ir-ra\u0121unijiet ta&#8217; g\u0127alfejn il-Knisja introdu\u010biet din il-festa kienu tnejn:<\/p>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\">\n<li>Il-Knisja riedet turi li x-xog\u0127ol mhuwiex biss mezz biex naqilg\u0127u l-flus, imma g\u0127andu dinjit\u00e0 spiritwali. San \u0120u\u017cepp kien mastrudaxxa, \u0127addiem ordinarju li g\u0127ex \u0127ajja sempli\u010bi u onest\u00e0. G\u0127alhekk sar mudell ta&#8217; kull min ja\u0127dem. <\/li>\n\n\n\n<li>L-Ewwel ta&#8217; Mejju kien di\u0121a mag\u0127ruf b\u0127ala Jum il-\u0126addiema (marbut ma movimenti li bosta drabi kienu sekulari u so\u010bjalisti). Il-Papa Piju XII ried jag\u0127ti tifsira Nisranija lil dan il-jum, u biex juri li l-Knisja tappo\u0121\u0121ja d-dinjit\u00e0 u d-drittijiet tal-\u0127addiema. <\/li>\n<\/ol>\n\n\n<div class=\"wp-block-image\">\n<figure class=\"aligncenter size-large is-resized\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/www.thepublicdiscourse.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/Pope-Pius-XII.jpg\" alt=\"\" style=\"aspect-ratio:1.498969458497283;width:454px;height:auto\"\/><\/figure>\n<\/div>\n\n\n<p>Il-Knisja ma tipprojbixxix lin-Nisrani milli ji\u010b\u010belebra l-Ewwel ta&#8217; Mejju. Madankollu, il-problema b&#8217;din il-\u0121urnata kapa\u010bi sse\u0127\u0127 jekk dak li jkun jag\u0127mel i\u010b-\u010belebrazzjoni ta&#8217; din il-\u0121urnata wa\u0127da marbuta ma ideolo\u0121iji li ji\u010b\u0127du lil Alla jew li tippre\u017centa vi\u017cjoni tax-xog\u0127ol ming\u0127ajr id-dimensjoni spiritwali tal-bniedem. In-Nisrani g\u0127andu jirrikonoxxi l-valur tax-xog\u0127ol u ji\u010b\u010belebra l-\u0121ustizzja so\u010bjali u d-drittijiet tal-\u0127addiema, i\u017cda g\u0127andu jag\u0127mel dan kollu fid-dawl tal-fidi, billi jara x-xog\u0127ol b\u0127ala sehem fil-\u0127olqien ta&#8217; Alla.<\/p>\n\n\n\n<h2 class=\"wp-block-heading\">l-ewwel ta&#8217; mejju u l-m.a.s.<\/h2>\n\n\n\n<p>Il-proposta li l-Ewwel ta&#8217; Mejju f&#8217;Malta ssir vaganza pubblika \u0121iet mill-M.A.S. lura fl-1956. Il-M.A.S. kienet t\u0127abtet sabiex din il-\u0121urnata ting\u0127ata vaganza mhux biss lill-impjegati tal-partikular i\u017cda b&#8217;li\u0121i lill-impjegati tal-privat kollha fl-industrija u l-kummer\u010b. G\u0127all-M.A.S. pero&#8217;, kuntrarju ta&#8217; dak li riedu s-so\u010bjalisti, l-Ewwel ta&#8217; Mejju kienet festa mhux biss tal-\u0127addiema imma wkoll festa Nisranija. Ta&#8217; spiss kienet t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lin-nies sabiex f&#8217;din il-\u0121urnata jiltaqg\u0127u fuq il-Fosos tal-Floriana sabiex juru appo\u0121\u0121 lill-Ar\u010bisqof kontra &#8220;l-g\u0127edewwa ta\u010b-\u010bivilt\u00e0 Nisranija.&#8221; Fl-a\u0127\u0127ar net, il-M.A.S. kienet, u g\u0127adha, ti\u010b\u010belebra l-Ewwel ta&#8217; Mejju b\u0127ala l-festa tax-xog\u0127ol u ta&#8217; San \u0120u\u017cepp \u0126addiem. Kienet tissinifika festa ta&#8217; g\u0127aqda bejn ix-xog\u0127ol u r-reli\u0121jon, bejn il-\u0127addiema u l-Knisja, bejn il-poplu u Kristu, u hekk je\u0127tie\u0121 li n\u017commuha.<\/p>\n\n\n\n<h2 class=\"wp-block-heading\">is-sitwazzjoni llum<\/h2>\n\n\n\n<p>F&#8217;Malta llum, min\u0127abba l-kwistjoni tal-g\u0127oli tal-\u0127ajja, ix-xog\u0127ol b\u0127al donnu sar is-sid tag\u0127na, b\u0127al entit\u00e0 li \u017c\u017comna lsiera tag\u0127ha. Opportunitajiet biex nibnu u ngawdu l-komunitajiet u familji tag\u0127na ftit li xejn qed ikollna. Sirna poplu li ng\u0127ixu g\u0127ax-xog\u0127ol, i\u017cda na\u0127dmu kemm na\u0127dmu, donnu qatt mhu bi\u017c\u017cejjed. Sa\u0127ansitra, billi adottajna ekonomija bba\u017cata fuq l-importazzjoni tal-\u0127addiema barranin, spi\u010b\u010bajna waqqajna kemm il-livell tax-xog\u0127ol u anke l-valur tal-\u0127addiem innifsu. Sabiex insolvu l-problemi li qed naffa\u010b\u010bjaw, je\u0127tie\u0121 li norjentaw l-istrutturi politi\u010bi tag\u0127na lejn il-prin\u010bipji l-aktar fundamentali tad-duttrina so\u010bjali tal-Knisja:<\/p>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\">\n<li><strong>Id-dinjit\u00e0 ta&#8217; kull persuna<\/strong><\/li>\n\n\n\n<li><strong>Il-\u0121id komuni<\/strong><\/li>\n\n\n\n<li><strong>Is-solidarjet\u00e0<\/strong><\/li>\n\n\n\n<li><strong>Is-sussidjarjet\u00e0<\/strong><\/li>\n\n\n\n<li><strong>L-g\u0127a\u017cla preferenzjali g\u0127all-foqra<\/strong><\/li>\n\n\n\n<li><strong>Id-drittijiet u d-doveri<\/strong><\/li>\n\n\n\n<li><strong>Id-dinjit\u00e0 u drittijiet tal-\u0127addiema<\/strong><\/li>\n\n\n\n<li><strong>Il-kura tal-\u0127olqien<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n\n\n<div class=\"wp-block-image\">\n<figure class=\"aligncenter size-large is-resized\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/pbs.twimg.com\/media\/FTT8fMEWIAAPY5Y.jpg\" alt=\"\" style=\"width:327px;height:auto\"\/><\/figure>\n<\/div>\n\n\n<h2 class=\"wp-block-heading\">messa\u0121\u0121 konklussiv<\/h2>\n\n\n\n<p><strong>\u0126addiema! <\/strong>Kif San \u0120u\u017cepp \u0127adem b&#8217;qawwa kwieta u fedelt\u00e0, hekk a\u0127na wkoll g\u0127andna na\u0127dmu b\u0127alu sabiex nibnu so\u010bjet\u00e0 aktar qaddisa u \u0121usta fil-veru sens. F&#8217;din il-\u0121urnata tal-Ewwel ta&#8217; Mejju, niftakru x&#8217;kien qal il-qaddis Papa \u0120wanni Pawlu II: <strong>&#8220;ix-xog\u0127ol huwa g\u0127all-bniedem, u mhux il-bniedem g\u0127ax-xog\u0127ol.&#8221;<\/strong> Mela jekk se nimxu fuq dawn il-kliem, ma n\u0127allu ebda ekonomija ti\u0121i qabel id-dinjit\u00e0 ta&#8217; kull persuna. So\u010bjet\u00e0 verament \u0121usta ma titkejjilx b&#8217;kemm tikber l-ekonomija jew bil-\u0121id li ji\u0121i ma\u0127luq, i\u017cda bil-kwalit\u00e0 ta&#8217; \u0127ajja li toffri lill-\u0127addiema tag\u0127ha. Jekk kull wie\u0127ed minna jimxi u ja\u0127dem fuq il-passi ta&#8217; \u0120u\u017ceppi ta&#8217; Nazaret, din il-\u0127olma ta&#8217; so\u010bjet\u00e0 aktar qaddisa u \u0121usta toqrob lejn ir-realt\u00e0.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-festa tal-Ewwel ta&#8217; Mejju ssib l-ori\u0121ini tag\u0127ha fi \u0121lieda li se\u0127\u0127et f&#8217;Chicago (Stati Uniti) bejn puluzija u l-\u0127addiema tal-istabbillimenti McCormick Harvester li kienu qed jag\u0127mlu dimostrazzjoni g\u0127al kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol a\u0127jar. Dan l-inkontru bejn \u0127addiema u puluzija, li sfortunatament irri\u017culta fit-tixrid tad-demm, se\u0127\u0127 proprju fl-1 ta&#8217; Mejju tal-1886. L-Ewwel ta&#8217; Mejju 1886 F&#8217;din il-\u0121lieda tal-Ewwel ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":502,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[1],"tags":[54,12,55,53],"class_list":["post-501","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-blog","tag-etika","tag-malti","tag-moralita","tag-politika"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/501","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=501"}],"version-history":[{"count":13,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/501\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":519,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/501\/revisions\/519"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media\/502"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=501"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=501"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/mas-malta.eu\/index.php\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=501"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}