
Illum f’Jum San Ġużepp Ħaddiem niftakru f’dawk kollha li jaħdmu fis-skiet u l-umiltà sabiex imantnu lilhom infushom u l-familjari tagħhom. Ħsieb il-Moviment imur ukoll għal dawk il-ħaddiema li huma sfruttati sabiex f’San Ġużepp isibu missier ħanin u sabiex, bl-interċessjoni tiegħu, ma jdumx ma jintemm l-isfruttar tagħhom. J’Alla li x-xogħol kollu tagħna jsir bl-akbar umiltà u onestà.
