L-aħħar aġġornament tal-paġna: 13 ta’ April 2026 Is-sħubija fil-M.A.S. trid issegwi dak miġjub fl-istatut u fuq kollox tirrispetta l-karetteristiċi tal-moviment u l-iskop u l-missjoni tiegħu. Jekk inti taħseb li tista’ tgħin jew issostni l-moviment b’xi mod, iktbilna fuq info@mas-malta.eu u għidilna ftit dwarek, xi jressqek lejn il-M.A.S., x’jolqtok fih, u kif taħseb li...
L-ATTIVITÀ KONTINWA TAGĦNA ATTWALMENT – IL-PROGRAMMI
L-aktar attività kostanti tal-M.A.S. illum il-ġurnata u s’issa, hija l-programmi li bdew jixxandru online minn Diċembru 2024 u r-reġistrazzjoni tal-attivitajiet. Dawn kollha jitilgħu fuq il-kanal YouTube tagħna li tinsab hawn: Moviment Azzjoni Soċjali – YouTubeKif ukoll, jekk tippreferu, fil-paġna Programmi ta’ dan is-sit elettroniku ssibu l-istess programmi kif imxandra matul...
Segwuna fuq Youtube u facebook
Dan daqsxejn ta’ avviż biex issegwuna fuq il-mezzi soċjali prinċipali tagħna, il-kanal YouTube li fuqu ntellgħu diversi programmi u reġistrazzjoni ta’ attivitajiet, u l-paġna tagħna fuq Facebook. Issibuhom hawn taħt:Moviment Azzjoni Soċjali – YouTube
Dawk il-paġni jiġu aġġornati ferm aktar frekwentement mis-sit uffiċjali (dan li qegħdin taqraw).
dikjarazzjoni ta’ jum il-ħaddiem
Fejn jidħol ix-xogħol f’Malta hemm numru ċar ta’ suċċessi , dan juri reżiljenza, adattabilità u tkabbir ekonomiku sostenut. B’rata ta’ qgħad fost l-inqas fl-Ewropa, il-pajjiż ħoloq opportunitajiet f’setturi diversi, attira talent u investiment, u żamm kultura tax-xogħol dinamika u produttiva. Il-kontribut kemm tal-ħaddiema Maltin kif ukoll barranin saħħaħ l-industriji, ta appoġġ lin-negozji, u...
l-ewwel ta’ mejju u n-nisrani
Il-festa tal-Ewwel ta’ Mejju ssib l-oriġini tagħha fi ġlieda li seħħet f’Chicago (Stati Uniti) bejn puluzija u l-ħaddiema tal-istabbillimenti McCormick Harvester li kienu qed jagħmlu dimostrazzjoni għal kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar. Dan l-inkontru bejn ħaddiema u puluzija, li sfortunatament irriżulta fit-tixrid tad-demm, seħħ proprju fl-1 ta’ Mejju tal-1886. L-Ewwel...
Il-Mit tal-Convivencia
“Il-Mit tal-Convivencia” huwa wieħed mibni fuq l-idea popolari ta’ convivencia, jiġifieri li l-komunitajiet Kattoliċi, Lhud u Musulmani kienu jgħixu f’armonija paċifika fi Spanja medjevali, partikolarment matul il-perjodu wara l-konkwista Musulmana. Dan il-mit spiss jintuża fid-diskussjonijiet moderni biex jippromwovi viżjoni idealizzata ta’ armonija kulturali, imma l-awtur jargumenta...
Protetto: Espressjoni ta’ Interess – Servizzi ta’ Tindif
Questo contenuto è protetto da password. Per visualizzarlo inserisci la password qui sotto.
Password:
Pożizzjoni uffiċjali dwar il-konsultazzjoni fuq l-ewtanasija
Il-Moviment Azzjoni Soċjali (M.A.S.) jesprimi l-oppożizzjoni bla eċċezzjoni għal kull idea li tiffavorixxi li xi ħadd ineħħi ħajtu b’idejh jew jitlob lil ħaddieħor jgħinu biex jitterminalu ħajtu, li huwa att ta’ qtil li f’dal-każ b’maskra ta’ ġustifikazzjoni. Qiegħed jingħadda ħafna kliem ingannevoli li jitkellmu dwar “dinjità”, “kwalità” et...
IS-SETTE GIUGNO
Is-Sette Giugno 1919 kienet għaġna ta’ fatturi soċjali, patrijottiċi u kulturali li wasslu lin-nazzjon sal-punt tal-vjolenza kontra l-Imperjalisti u dawk servili lejh li spiss kienu jaraw sal-interess ta’ buthom biss. Ma għandux jiġi sottovalutat, u fil-passat kien hemm tentattivi ta’ vili biex jillimitaw il-valur tiegħu speċjalment minn min taħraqlu qalbu għall-Imperjalisti. Li...
Lura mill-Eżilju: 80 sena mir-ritorn tad-deportati Maltin
38 Maltin ġew internati u eżiljati lejn l-Uganda illegalment fl-1942. Ritratti tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta Forsi ftit jafu, u ħafna inqas jimpurtahom, li din is-sena jaħbat it-80 anniversarju mir-ritorn f’Malta ta’ 41 patrijotti Maltin li rritornaw mill-eżilju sfurzat tagħhom ġewwa l-Uganda, l-Afrika. Ngħid “ftit jafu” għax aħna l-Maltin għandna tendenza kerha li ninsew il-passat...
