Is-Sette Giugno 1919 kienet għaġna ta’ fatturi soċjali, patrijottiċi u kulturali li wasslu lin-nazzjon sal-punt tal-vjolenza kontra l-Imperjalisti u dawk servili lejh li spiss kienu jaraw sal-interess ta’ buthom biss. Ma għandux jiġi sottovalutat, u fil-passat kien hemm tentattivi ta’ vili biex jillimitaw il-valur tiegħu speċjalment minn min taħraqlu qalbu għall-Imperjalisti. Li...
Segwuna fuq Youtube u facebook
Dan daqsxejn ta’ avviż biex issegwuna fuq il-mezzi soċjali prinċipali tagħna, il-kanal YouTube li fuqu ntellgħu diversi programmi u reġistrazzjoni ta’ attivitajiet, u l-paġna tagħna fuq Facebook. Issibuhom hawn taħt:Moviment Azzjoni Soċjali – YouTube
Dawk il-paġni jiġu aġġornati ferm aktar frekwentement mis-sit uffiċjali (dan li qegħdin taqraw).
IR-RATA TA’ NATALITÀ…
Min isegwi l-programmi li qegħdin inxandru jista’ jifhem li l-parteċipanti kollha s’issa nqisu l-problema tan-natalità Maltija bħala problema epokali għan-nazzjon Malti, eżasperata minn sovrapopolament attwali miġjub minn migrazzjoni ekonomika liberali u massiva. Hawn min jaħseb sew li l-bniedem ugwali, però dan isir ħsieb falz u ingannevoli meta fit-tħaddin tiegħu jiċħad il-valur...
Pożizzjoni dwar il-Politika dwar il-Migrazzjoni tax-Xogħol
Għeżież,Hawn taħt annessa ssibu l-pożizzjoni tal-M.A.S. fil-konsultazzjoni pubblika dwar dak li l-Gvern sejjaħ Labour Migration Policy. Fil-qosor ħafna, il-M.A.S. iqis il-proposta governattiva bħala pass tajjeb li għandhom ikun pożittiv, però huwa biss bidu. Esprimejna l-pożizzjoni, b’riservi partikolari fuq ċertu premessi, prinċipji, perspettivi u, jew rakkomandazzjonijiet (li l-maġġoranza...
Il-Kostruzzjoni u l-Art Agrikola
English translation HERE.Vera li l-ekonomija Maltija tidher miexja tajjeb u mhux biss kulħadd qed isib xogħol imma f’Malta qed jaħdmu wkoll ħafna barranin. Dan ifisser li ma għandna nagħtu kas ta’ xejn iżjed u nserrħu rasna li kollox sejjer tajjeb?Il-fatt li qed jiġu ħafna nies, kemm bħala turisti u kemm biex ifittxu x-xogħol, qed joħloq bżonn ta’ ħafna akkomodazzjoni u kif ukoll ħafna iżjed minn...
KRIŻI
Li kellkom issaqsu lili, ngħidilkom li n-nazzjon Malti ilu f’xi forma ta’ kriżi għal għexieren twal ta’ snin. Wisq probabbli l-ewwel kellna l-proċessi tal-Imperjaliżmu li intervjenu meta l-etnoġeneżi Maltija fl-epoka moderna kienet vulnerabbli għall-aħħar. Dan sab l-awżilju tas-serviliżmu lejn dak l-imperjaliżmu li għamel tiegħu t-tħassir nazzjonali tal-Maltin. Kellna wkoll populiżmi preparati...
Il-Parlament Ewropew u n-Nazzjon Malti – l-Abort
Il-Parlament Ewropew u n-Nazzjon Malti – l-Abort Illum 11 ta’ April 2024, Il-Moviment Azzjoni Soċjali (M.A.S.) jirreferi għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ llum li trid tippromwovi l-qtil ta’ ħajjiet umani innoċenti f’ġuf ommhom, att li huwa intrinsikament ħażin, għandu jkun illegali kif inhu f’Malta u kif konfermat mill-Parlament Nazzjonali s-sena l...
Djarju tas-6 ta’ April 2024
Fil-filmat:1. Il-President tal-M.A.S., avv. Edric Micallef Figallo, ġie mistieden jattendi u jitkellem f’attività organizzata mill-grupp Residenti Beltin, kummentarju, proposti u protesti. Dan il-filmat tal-attività, li ġie meħud mill-attivisti tal-grupp Residenti Beltin. NOTA: Il-kummentarju fil-filmat t’hawn fuq ġie reġistrat qabel ma konna nafu dwar ir-reġistrazzjoni tal-attività:...
