AĠĠORNAMENT 25/05/2024 – L-ATTIVITÀ SEĦĦET FIT-22/05/2024, HAWN TAĦT ISSIBU REĠISTRAZZJONI TAL-INTERVENTI

PAĠNA FACEBOOK TAL-ATTIVITÀ: https://www.facebook.com/events/312229835100149/?ref=newsfeed
22 ta’ Mejju fis-18:30, sede nazzjonali M.A.S., 15, Triq Zekka, il-Belt Valletta.
—IKTBULNA FUQ INFO@MAS-MALTA.EU GĦAL POST FIS-SALA—
Il-M.A.S. jistieden diskussjoni dwar l-Ewropa f’sens miftuħ, u partikolarment fir-rigward tal-UE mill-perspettiva ta’ min hu Kattoliku u Malti, u dwar ċertu realtajiet taċ-ċiviltà tagħna u din l-akbar realtà sovrannazzjonali li taffettwana politikament, ċivilment, kulturalment u moralment.
Nipprevedu referenzi għall-interventi tal-Papiet matul is-snin, kif ukoll referenza għall-opra tal-fundatur tagħna, Mons. Fortunato P. Mizzi, L’Unione Europea nei documenti pontifici.
Bla dubbju, f’suġġett ta’ tant kumplessità, li tkun eżawrjenti mhux possibbli, però nibdew u l-ħidma tkompli.
Intervent prinċipali mir-Rev. Kan. Dr. Nicholas Joseph Doublet, Konsulent Ekkleżjastiku M.A.S. Jimmodera l-avukat Edric Micallef Figallo, President M.A.S., jintervjeni wkoll Jake Muscat, Uffiċċjal għall-Kommunikazzjoni M.A.S.

