Elezzjonijiet 2024 – Kummentarju

E

Il-President tal-M.A.S. l-avukat Edric Micallef Figallo jagħti kummentarju dwar l-elezzjonijiet f’Malta fl-2024

YouTube player

Għal kuntatt ikbtu info@mas-malta.eu.

Referenzi waqt il-kummentarju:

https://timesofmalta.com/article/do-malta-favour-vote-labour.1092505 – Desmond Zammit Marmarà – 19/05/2024

https://timesofmalta.com/article/muscat-pl-get-back-touch-voters.1094043 – Dr Joseph Muscat – 17/06/2024

Id-domandi li ntbagħatu lill-kandidati għall-Parlament Ewropew (xi kandidati indipendenti ma sibnix kuntatt siewi tagħhom):

1. X’tagħmel u x’tissuġerixxi biex il-mijiet ta’ Maltin, żgħażagħ speċjalment, li dan l-aħħar ħallew Malta jerġgħu lura għal Malta aħjar u f’Malta aħjar?

2. Sovranità, sussidjarjetà, proporzjonalità, nazzjon u federaliżmu? Għandek taf x’inhuma, x’taħseb?

3. L-ambjent, x’taħseb? X’għandu jsir? Hemm bżonn xi proposti radikali? Xi jkunu?

4. Fuq l-immigrazzjoni u d-demografija f’Malta, x’taħseb?

5. X’pożizzjoni għandek dwar l-abort, moralment u legalment? Tinha l-pożizzjoni, tgħidilnix li l-UE mhix kompetenti biss.

6. X’taħseb li għandu jsir sabiex kumpaniji multinazzjonali ma jieħdux il-post ta’ negozji medji jew zagħar ta’ sidien tal-lokal fi ħdan in-nazzjonijiet tal-UE?

7. Xogħol f’Malta u l-Ewropa, kif se ntejjbu l-livelli tax-xogħol u l-kundizzjonijiet f’Malta għall-Maltin u l-Għawdxin u għal kull ħaddiem f’Malta in ġenerali? Dak l-ewwel. U fl-Ewropa?

8. Malta, ambjent u infrastruttura, insostenibbli u sovrapopolata? Kif għandna nġestixxu s-sitwazzjoni?

9. Tħares madwarek f’Malta u l-Ewropa, x’taħseb dwar il-futur u fejn għandna mmorru?

Dwar l-awtur

mas-malta.eu

Żid kumment