Membri

(Mill-istatut, jista’ jkun hemm dispożizzjonijiet oħra statutarji li japplikaw – Iktbilna fuq info@mas-malta.eu għal kull interess dwar sħubija f’din il-kategorija)

5.4.1. Jistgħu jsiru Membri tal-Moviment Azzjoni Soċjali dawk kollha li jaqblu mal-iskopijiet u l-missjoni tal-Moviment Azzjoni Soċjali u ma jeskludix a priori li jsiru Attivisti jew ikunu qegħdin fil-proċess li jsiru Attivisti, u jkollhom l-approvazzjoni tal-Kumitat Nazzjonali.

5.4.2.      Dak miġjub fl-artikolu 5.3.1 dwar iċ-ċittadinanza u l-lingwi japplika wkoll għall-Membri.

5.4.3.      Il-Membri jistgħu jattendu għal-laqgħat ta’ Formazzjoni tal-Attivisti, iżda għall-kjarezza jingħad li d-dispożizzjonijiet dwar l-attendenza li japplikaw għall-Attivisti ma japplikawx għall-Membri.

5.4.4.      Il-Membri huma soġġetti għad-dixxiplina tal-Kumitat Nazzjonali li tista’ tinkludi s-sospensjoni tad-drittijiet kollha jew it-tneħħija mill-Moviment Azzjoni Soċjali, u kull deċiżjoni tal-Kumitat Nazzjonali tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem l-Assemblea Ġenerali li jkun imiss wara dik id-deċiżjoni;

Iżda salv kif dikjarat xort’oħra f’deċiżjoni tal-Kumitat Nazzjonali, kwalsiasi dritt ta’ appell ma jwaqqafx id-deċiżjoni tal-Kumitat Nazzjonali.