Min isegwi l-programmi li qegħdin inxandru jista’ jifhem li l-parteċipanti kollha s’issa nqisu l-problema tan-natalità Maltija bħala problema epokali għan-nazzjon Malti, eżasperata minn sovrapopolament attwali miġjub minn migrazzjoni ekonomika liberali u massiva. Hawn min jaħseb sew li l-bniedem ugwali, però dan isir ħsieb falz u ingannevoli meta fit-tħaddin tiegħu jiċħad il-valur...
Pożizzjoni dwar il-Politika dwar il-Migrazzjoni tax-Xogħol
Għeżież,Hawn taħt annessa ssibu l-pożizzjoni tal-M.A.S. fil-konsultazzjoni pubblika dwar dak li l-Gvern sejjaħ Labour Migration Policy. Fil-qosor ħafna, il-M.A.S. iqis il-proposta governattiva bħala pass tajjeb li għandhom ikun pożittiv, però huwa biss bidu. Esprimejna l-pożizzjoni, b’riservi partikolari fuq ċertu premessi, prinċipji, perspettivi u, jew rakkomandazzjonijiet (li l-maġġoranza...
Il-ħtieġa tat-Tagħlim Soċjali Kattoliku fil-politika
Papa Ljun XIII, missier id-duttrina soċjali Kattolika moderna Hemm kotba ta’ kull tip dwar suġġetti relatati mal-Kattoliċiżmu lesti għall-qari, ħlief fir-rigward ta’ xogħolijiet serji fuq politika u ekonomija minn punto di vista Kattoliku. Ħafna mill-kitbiet rigward ġustizzja soċjali Kattolika mis-snin 60’ u 70’ fihom xejra materjalista u huma pjuttost laxki fit-tagħlim tagħhom. Ix-xogħolijiet bl...
Elezzjonijiet 2024 – Kummentarju
Il-President tal-M.A.S. l-avukat Edric Micallef Figallo jagħti kummentarju dwar l-elezzjonijiet f’Malta fl-2024 Għal kuntatt ikbtu info@mas-malta.eu. Referenzi waqt il-kummentarju: – Desmond Zammit Marmarà – 19/05/2024 – Dr Joseph Muscat – 17/06/2024 Id-domandi li ntbagħatu lill-kandidati għall-Parlament Ewropew (xi kandidati indipendenti ma sibnix kuntatt siewi tagħhom):...
Il-Kostruzzjoni u l-Art Agrikola
English translation HERE.Vera li l-ekonomija Maltija tidher miexja tajjeb u mhux biss kulħadd qed isib xogħol imma f’Malta qed jaħdmu wkoll ħafna barranin. Dan ifisser li ma għandna nagħtu kas ta’ xejn iżjed u nserrħu rasna li kollox sejjer tajjeb?Il-fatt li qed jiġu ħafna nies, kemm bħala turisti u kemm biex ifittxu x-xogħol, qed joħloq bżonn ta’ ħafna akkomodazzjoni u kif ukoll ħafna iżjed minn...
KRIŻI
Li kellkom issaqsu lili, ngħidilkom li n-nazzjon Malti ilu f’xi forma ta’ kriżi għal għexieren twal ta’ snin. Wisq probabbli l-ewwel kellna l-proċessi tal-Imperjaliżmu li intervjenu meta l-etnoġeneżi Maltija fl-epoka moderna kienet vulnerabbli għall-aħħar. Dan sab l-awżilju tas-serviliżmu lejn dak l-imperjaliżmu li għamel tiegħu t-tħassir nazzjonali tal-Maltin. Kellna wkoll populiżmi preparati...
L-Ewropa, l-UE u l-Kattoliku – Identità, Kritika u Riflessjoni
AĠĠORNAMENT 25/05/2024 – L-ATTIVITÀ SEĦĦET FIT-22/05/2024, HAWN TAĦT ISSIBU REĠISTRAZZJONI TAL-INTERVENTI PAĠNA FACEBOOK TAL-ATTIVITÀ: 22 ta’ Mejju fis-18:30, sede nazzjonali M.A.S., 15, Triq Zekka, il-Belt Valletta. —IKTBULNA FUQ INFO@MAS-MALTA.EU GĦAL POST FIS-SALA— Il-M.A.S. jistieden diskussjoni dwar l-Ewropa f’sens miftuħ, u partikolarment fir-rigward tal-UE...
San Ġużepp Ħaddiem
Illum f’Jum San Ġużepp Ħaddiem niftakru f’dawk kollha li jaħdmu fis-skiet u l-umiltà sabiex imantnu lilhom infushom u l-familjari tagħhom. Ħsieb il-Moviment imur ukoll għal dawk il-ħaddiema li huma sfruttati sabiex f’San Ġużepp isibu missier ħanin u sabiex, bl-interċessjoni tiegħu, ma jdumx ma jintemm l-isfruttar tagħhom. J’Alla li x-xogħol kollu tagħna jsir bl-akbar...
Il-Prim Ministru u dikjarazzjonijiet fuq l-abort (NOTA: Qabel il-vot tal-Parlament Ewropew)
NOTA: Din intbagħtet qabel il-vot tal-Parlament Ewropew li diġà kkummentajna fuqu. Sad-data tal-pubblikazzjoni (20 ta’ April 2024) f’dan is-sit ma kienx hemm risposta. Għażiż Onorevoli Prim Ministru, Niktiblek f’isem il-Moviment Azzjoni Soċjali u fir-rispett ta’ dak mistqarr minnek illum, 8 ta’ April 2024 dwar l-abort u kull dibattitu nazzjonali possibbli. Ippermettilna f’nifs wieħed...
INSISTI, RESISTI, RAGGIUNGI, CONQUISTI
Questa immagine è presa da una mattonella dipinta che si trova nella libreria del Movimento Azione Sociale (nome ufficiale in maltese Moviment Azzjoni Soċjali) alla sede a La Valletta. Era cara al nostro fondatore Mons. Fortunato Paolino Mizzi, e c’è il sospetto che fosse del padre Enrico Mizzi ma non vi è certezza di questo.INSISTI, RESISTI, RAGGIUNGI, CONQUISTI – Sicuramente una...
