L-aħħar aġġornament tal-paġna: 8 ta’ Frar 2026
Is-sħubija fil-M.A.S. trid issegwi dak miġjub fl-istatut u fuq kollox tirrispetta l-karetteristiċi tal-moviment u l-iskop u l-missjoni tiegħu.
Jekk inti taħseb li tista’ tgħin jew issostni l-moviment b’xi mod, iktbilna fuq info@mas-malta.eu u għidilna ftit dwarek, xi jressqek lejn il-M.A.S., x’jolqtok fih, u kif taħseb li tista’ tagħtih kontribut. Għidilna wkoll jekk għandek xi riservi dwar l-involviment tiegħek jew il-M.A.S. innifsu, patti chiari, amicizia lunga.
Attwalment, l-isħubija annwali għall-2026 tirrikjedi l-mili tal-formola ta’ sħubija u ħlas ta’ miżata ta’ €15-il euro. Sal-aħħar deċiżjoni tal-Kumitat Nazzjonali, l-aċċettazzjoni ta’ sħubija ġiet sospiża fil-31 ta’ Jannar 2026, iżda din possibbilment tiġi estiża għal ftit jiem fi Frar 2026, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Frar 2026, eżattament xahar qabel l-Assemblea Ġenerali Annwali tal-moviment. Iżda, f’kull żmien, kull min għandu interess jista’ jesprimih u meta jiġu magħmula dawk l-iskemi jkunu mistiedna japplikaw formalment. Is-sħubija fil-M.A.S. hija fuq kollox sejħa għall-azzjoni.
Ladarba jiġu approvati dawk l-iskemi ta’ sħubija, kull persuna eliġibbli tkun tista’ tikkuntattja lill-inkarigati u, jew lill-Kumitat Nazzjonali sabiex tissieħeb f’waħda mill-kategorija ta’ sħubija. Dawn il-kategoriji huma definiti mill-istatuti u jinqasmu f’Sostenituri, Membri u Attivisti f’dak l-ordni mill-bidu lejn l-aħħar skond kull grad akbar ta’ involviment u importanza. Tistgħu żżuru l-paġni rilevanti għal aktar informazzjoni.
Jekk ma tħossokx pront tgħin b’ħinek ikkunsidra donazzjoni billi żżur din il-paġna.
Għalhekk, aħsibha sew u jalla nilqgħuk magħna ħalli l-ħidma tkompli, iktbilna fuq info@mas-malta.eu.
