Il-Parlament Ewropew u n-Nazzjon Malti – l-Abort

I

Il-Parlament Ewropew u n-Nazzjon Malti – l-Abort

Illum 11 ta’ April 2024, Il-Moviment Azzjoni Soċjali (M.A.S.) jirreferi għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ llum li trid tippromwovi l-qtil ta’ ħajjiet umani innoċenti f’ġuf ommhom, att li huwa intrinsikament ħażin, għandu jkun illegali kif inhu f’Malta u kif konfermat mill-Parlament Nazzjonali s-sena l-oħra.

Għalhekk, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew mhux att demokratiku, iżda huwa att ta’ strapoter kontra s-sovranità ta’ Malta u l-għażliet liberi u ġusti tal-poplu Malti. Għalhekk ukoll, kif tajjeb innegozzjaw gvernijiet passati biex dak kollu li tagħmel l-Unjoni Ewropea fit-Trattati li għalihom Malta aderiet ma jaffettwax il-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-abort, għal dan kollu l-M.A.S. isejjaħ:

  1. Lill-Gvern tagħna sabiex jipprotesta u jiddeplora b’mod uffiċjali din ir-riżoluzzjoni kontra s-sovranità ta’ Malta u l-ħajja umana innoċenti f’Malta;
  2. Biex jkunu kkundannati t-tentattivi antidemokratiċi biex gruppi favur il-ħajja ma jkollhomx aċċess għall-fondi tal-UE, waqt li probabbli oħrajn favur il-qtil tal-innoċenti jkollhom;
  3. Lill-kandidati kollha għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, biex jiddikjaraw inekwivokabilment il-pożizzjoni tagħhom dwar din ir-riżoluzzjoni u dwar dan l-indħil inaċċettabbli tal-UE fuq l-abort għal Malta;
  4. Biex jiġu ringrazzjati l-Ewroparlamentari Maltin li ġustament ivvutaw kontra dan l-abbuż u l-istrapoter ta’ istituzzjoni Ewropea kontra s-sovranità ta’ Malta, filwaqt li jiġu skartati dawk li le;
  5. Lill-poplu, biex jgħasses lill-kandidati għall-Parlament Ewropew u jistenna mingħandhom dikjarazzjonijiet ċari, u biex il-poplu joqgħod attent u jivvota skond il-kuxjenza favur il-ħajja umana innoċenti f’ġuf ommha.

Dwar l-awtur

mas-malta.eu

2 comments

Rispondi a mas-malta.eu Cancel reply

  • Jien dejjem favur il-ħajja, dejjem kontra l-abort.
    Nixtieq li niftakru li l-abort jista’ jidħol biss b’vot fil-pajjiż individwali u mhux b’vot fil-parlament Ewropew.
    Safejn naf jien kien il-gvern preżenti li ipprova jibda l-proċess biex jidħol l-abort f’Malta u waqaf biss għax sab oppożizzjoni qawwija mill-Oppożizzjoni Parlamentari.
    Il-MAS għandha tiddikjara min huma l-kandidati għall-elezzjoni ewropeja u ġenerali li huma favur jew kontra l-abort. Ċert li l-MAS kollox jafu. X’inhu jżommhom lura milli joħorġu stqarrija ċara?

    • Għax il-pożizzjonijiet għadhom ma ġewx iċċarati, inkluż per eżempju tal-President tal-Parlament Ewropew li ma tivvutax in kwantu tali però qed nistenngħu pożizzjoni differenti bħala kandidat għal deputat parlamentari. Se nagħmlu lista tal-kandidati kollha u niktbulhom, min jonqos li jirrispondi jew jirrispondi ambigwament m’għandux jistenna kunfidenzjalità iżda xandir.